20 ta’ Gunju – Il – Barri Restaurant – 20:30hrs (Mgarr)
22 ta’ Gunju – Offbeat Music Bar – 21:30hrs (Valletta)
24 ta’ Gunju – Alka Restaurant – 20:00hrs (Wied Iz – Zurrieq)
Ahseb kmieni. F’dawn il – hinijiet il – Mjaw jibda!
Il-‘Launch’ ta’ l-album “Diski Għall-Ħmir” ser iseħħ fi tlett postijiet u dati differenti għal kumdita’ u l-pjaċir tagħkom. Konxji fuq it-traffiku li hawn illum, u l-pass mgħaġġel tal-ħajja moderna, nħossu li din hija ideja tajba.
Ukoll, nixtiequ noħolqu atmosfera kemm xejn intima, b’udjenza żgħira mdawra mall-Mjaw u l-kitarra tiegħu. Dan forsi jgħin biex nidħku, nħossu, u nagħmlu esperjenza aktar awtentika ta’ dawn id-diski umani u mqarbin.
F’kull data il-MJAW se jdoqq verżjoni mneżża u intima tad-diski kollha li hemm fuq l-album.
Ovvjament, Diski Għall-Ħmir ser ikun għall-bejgħ bi prezz imraħħas għall-okkażjoni.
Il-biljetti huma limitati ħafna. Aħseb kmieni.